|
Zewg servizzi ta' marci f'perjodu ta' tlett ijiem |
|
Zewg servizzi ta' marci f'perjodu ta' tlett ijiem
L-ewwel marc li ghamlet il-Banda Prekursur kien fir-rahal ta' Ghajnsielem nhar il-Gimgha 27 ta' Awwissu 2010. Dan ir-rahal jiccelebra l-festa tal-Madonna ta' Loretu. It-triq ewlenija li tghaqqad il-Porta ta' l-Imgarr flimkien mal-kumplament ta' Ghawdex siktet hesrem mit-traffiku u inbidlet f'muzika ta' marcijiet popolari miz-zewg Baned. Il-banda l-ohra kienet il-Banda San Guzepp ta' Ghajnsielem stess. Il-marc miz-zewg baned intemm fil-pjazza tar-rahal quddiem il-Knisja iddedikata lil istess patruna.
Ma sbieh il-Hadd 29 ta' Awwissu l-Banda Prekursur ghamlet marc fix-Xewkija bhala parti mic-celebrazzjoni mill-festi tal-martirju ta' Gwanni l-Battista. Ta' minn isemmi li r-rahal taghna tax-Xewkija huwa l-unika rahal f'Malta u Ghawdex li jiccelebra zewg festi dik Primarja u l-ohra Sekondarja li ghandhom konnessjoni ma xulxin. Il-festa li niccelebraw tant tajjeb minn kull aspett f'Gunju infakkru t-twelid ta' San Gwann il-Battista, filwaqt li fid-29 ta' Awwissu infakkru l-martirju ta' San Gwann Battista. B'din is-sitwazzjoni li ghandna fix-Xewkija ma tatix lok li c-cittadini ta' l-istess lokalita jitqassmu b'mod partigjan ma xi festa partikolari.
{informazzjoni: Joseph Vella, Ritratti: M'angelo Camilleri}
|